Ftehim ta’ kollaborazzjoni ġdid bejn l-Università u l-Awtorità ta’ Standards għall-Persuni Anzjani

Ġie ffirmat ftehim bejn l-Università ta’ Malta u l-Awtorità ta’ Standards għall-Persuni Anzjani sabiex jissaħħaħ il-livell ta’ kollaborazzjoni fis-setturi tal-ġerontoloġija u l-ġerjatrija.

Dan il-ftehim għandu l-għan li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet permezz tal-iskambju tal-informazzjoni, għarfien u riċerka, speċjalment fil-qasam tas-servizzi għall-anzjani. Il-ftehim jipprovdi wkoll opportunitajiet lill-impjegati tal-awtorità biex isegwu l-kors Higher Diploma in Gerontology and Geriatrics. Bl-istess mod l-Univeristà se tqassam il-pubblikazzjonijiet akkademiċi marbutin mal-qasam tal-ġerontoloġija sabiex tippromwovi prattiċi aħjar u tiżviluppa standards ogħla fil-kura tal-anzjani.

Dikjarazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tikkwota lill-Ministru Clifton Grima dwar l-importanza għar-riċerka, li twassal għall-kisba ta’ aktar informazzjoni u għarfien dwar is-settur tal-anzjanità.

Is-Segretarju Parlamentari, Malcolm Paul Agius Galea enfasizza dwar l-importanza ta’ din il-kollaborazzjoni biex isaħħaħ il-livell tal-kura tal-anzjani f’Malta.

Ir-Rettur tal-Università, Alfred Vella, qal li ftehim bħal dan isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn entitajiet akkademiċi u l-awtoritajiet governattivi sabiex itejbu l-livell tal-edukazzjoni u s-servizzi f’Malta.

Older Persons Standards Authority (OPSA)
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.