L-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) hija qasam regolatorju stabbilit taħt l-Att Numru XXXVIII tal-2023. Il-missjoni tal-OPSA hija li ttejjeb il-kwalità u l-istandards tas-servizzi ġerjatriċi billi tipproteġi u tippromwovi d-dinjità, is-sigurtà u l-benesseri tal-utenti tas-servizz kollha. L-għanijiet tagħna jkunu milħuqa permezz tas-sapport u r-regolazzjoni, billi l-persuni li jużaw is-servizz u min jipprovdi s-servizz ikunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp kontinwu u t-titjib tal-istandards.
Il-Missjoni Tagħna
L-OPSA tirregola s-servizzi ġerjatriċi biex tassigura l-benesseri u d-drittijiet tal-persuni anzjani, tippromwovi kura ta’ kwalità, u ambjent ta’ appoġġ.
Il-Viżjoni Tagħna
OPSA timmira li tkun regolatur ewlieni impenjat għall-eċċellenza, innovazzjoni u promozzjoni għall-kura ġerjatrika. Aħna naħsbu f’futur fejn is-servizzi ġerjatriċi jirrispettaw, jipproteġu u jagħtu s-setgħa lill-persuni anzjani biex ikollhom ħajja sodisfaċenti.
L-Għanijiet Strateġiċi
Il-viżjoni strateġika tal-OPSA hija mibnija fuq erba’ pilastri.
Assigurazzjoni ta’ Kwalità
Naġixxu bħala katalisti biex nippromwovu servizzi ġerjatriċi ta’ kwalità għolja.
Integrazzjoni fejn il-Persuna hi fiċ-Ċentru
Nistabilixxu sistema integrata li timmassimizza l-użu tat-teknoloġija.
Trawwim ta’ Djalogu u Konsultazzjoni
Intejbu l-komunikazzjoni mal-utenti tas-servizzi, il-fornituri u l-istakeholders.
Tmexxija ta’ Bidla Trasformattiva
Inrawmu kultura li tħeġġeġ lill-Awtorità biex tirregola u tmexxi bidliet trasformattivi fis-servizzi ġerjatriċi f’Malta.
Kif Ser Inwettqu Din il-Viżjoni
Liċenzjar
Nilliċenzjaw lill-fornituri tas-servizzi ġerjatriċi sabiex nassiguraw standards għolja.
Standards Regolatorji
Nistabilixxu u nżommu standards regolatorji fis-settur ġerjatriku.
Spezzjoni u Infurzar
Nagħmlu spezzjonijiet u nipprovdu rakkomandazzjonijiet sabiex nipproteġu lil min juża s-servizzi ġerjatriċi.
It-Tim Tagħna
It-tim dedikat tagħna jgħaqqad il-kompetenza u l-passjoni fi standards ta’ kura u għajnuna għall-persuni anzjani.